Il-logħba bejn Inter u Napoli spiċċat f’kontroversja mhux biss għat-tgħajjir razzjali li qala’ Koulibaly, imma wkoll għall-inċidenti li seħħew.

Fost oħrajn, qabel il-logħba ġew aggrediti erba’ partitarji Naplitani fl-inħawi ta’ Stadio Meazza. Wieħed minn dawn, ta’ 43 sena, jinsab f’qagħda gravi.

Sadattant kien hemm ukoll attakk fuq vann ta’ partitarji Naplitani, li f’paniku saqu bil-konsegwenza li għaddew minn fuq numru mill-aggressuri. Wieħed minn dawn miet ftit wara. Hu kellu 35 sena u magħruf mal-Pulizija, tant li kellu diversi Daspo, jiġifieri mhux suppost jattendi għal-logħob.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kwestura qed titlob sospensjoni tal-Curva ta’ Inter sal-aħħar ta’ Marzu u li l-partitarji Interisti jitwaqqfu milli jattendu logħob barra minn darhom.

Sors: Sportmediaset

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280