Kif ħabbar il-kumitat ftit ġimgħat ilu, Fabrizio Ravanelli ħa jkun qed iżur Malta fejn se jkun mistieden speċjali tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bejn l-20 u t-22 ta’ April 2016.

Il-programm finali ser jitħabbar fil-jiem li ġejjin iżda bi pjaċir nixtiequ ninfurmaw lill-membri u l-Juventini Maltin li l-ewwel attività se tkun ikla nhar l-Erbgħa 20 ta’ April, ġewwa The Grand Ballroom tar-Radisson Blue Resort. Il-membri kollha li ser jattendu għal din l-ikla ser ikollhom ukoll l-opportunità li jieħdu ritratt ma’ Fabrizio Ravanelli kompletament b’xejn.

Din hija waħda mill-attivitajiet li l-klabb qed jaħdem fuqhom sabiex jiċċelebra mal-membri s-suċċess li kiseb permezz tal-membri li ssieħbu magħna u mas-sistema DOC biex sirna b’mod ufficjali l-akbar klabb Juventin fid-dinja, barra mill-Italja.

Kull min jixtieq jibbukkja postu għal din l-ikla jew jeħtieġ aktar informazzjoni huwa mitlub jikkuntattjana fuq il-hotline 79375513. Nhar is-Sibt 9 ta’ April qabel il-logħba tas-Serie A bejn Milan u Juventus ser ikun possibbli li jinxtraw il-biljetti għal din l-attività.

Il-Kumitat
Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero
Mrieħel