Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero fetaħ is-sħubija għall-istaġun 2016/17 u rriveda u żied l-għażliet tas-sħubija għall-istaġun li ġej. Dan bil-konsegwenza li issa ħafna membri se jgawdu minn roħs.

– Infants: minn 0 sa 7 snin – b’xejn
– Children: minn 8 sa 12-il sena – €5
– Teens: minn 13 sa 19-il sena – €20
– Regular: minn 20 sa 69 sena – €25
– 70+: minn 70 sena ‘l fuq – €5
– Family: 2 membri ‘Regular’ u membru (jew massimu ta’ tnejn) ‘Teens’ – €65

Il-prezzijiet tas-sħubija DOC, li hi sħubija diretta ma’ Juventus u li permezz tagħha wieħed jista’ jgawdi minn biljetti rħas, issa huma:

– Minn 0 sa 6 snin – b’xejn
– Minn 7 sa 14-il sena – €16
– Minn 15-il sena ‘l fuq – €20

Interessat li tissieħeb membru magħna? Ara l-benefiċċji u ssieħeb hawn: Sħubija.

Mill-ġdid nirringrazzjawkom tan-numri rekord għal din is-sena, fejn grazzi għall-fiduċja tagħkom, illum il-klabb għandu iktar minn 1,100 membru għall-istaġun 2015/16.

770 minn dawn huma wkoll membri DOC, biex b’hekk ġie dikjarat bħala l-ikbar klabb barrani għal dan l-istaġun.

Marlon Hili – Amministratur tat-Tesseri
Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero
L-Imrieħel.