Il-Kumitat iħabbar li laħaq ftehim mal-lukanda be.Hotel u r-ristorant Fornelli biex il-membri tal-klabb jingħataw skont meta jippreżentaw it-tessera tas-sħubija.

be.Hotel hi lukanda ta’ erba’ stilel li tinsab fil-kumpless Baystreet, ftit bogħod mill-Bajja ta’ San Ġorġ u li toffri diversi faċilitajiet fosthom swimming pool, bar, spa u fitness, skola tal-lingwi u faċilitajiet għal attivitajiet u konferenzi.

Ir-ristorant Fornelli hu inkorporat fl-istess struttura tal-lukanda u joffri menù vast b’tisjir bi stil modern u bi speċjalità ta’ ikel Taljan.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport u mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.