Żewġ partiti minn grupp B spiċċaw f’parità ta’ 1-1. Fl-ewwel logħba, l-Awstralja u l-Kamerun li fl-ewwel logħba tilfu l-logħba tagħhom, spiċċaw fi dro ta’ 1-1, biex b’hekk tista’ tgħid li għandhom sieq barra mill-Confederations Cup.

Kienu l-Kamerun li skurjaw l-ewwel minn Zambo Andre-Frank imma fit-tieni taqsima, l-Awstralja ġabu d-dro minn Miligan minn penalti.

It-tieni logħba iktar mistennija bejn il-Ġermanja u ċ-Ċilì, spiċċat ukoll fi dro ta’ 1-1. Kien Alexis Sanchez li fetaħ l-iskor għat-tim tal-Amerika t’ Isfel, madankollu Stindl ġab id-dro għall-Ġermanja ftit qabel il-mistrieħ biex issa, l-Ġermanja u ċ-Ċilì qed jaqsmu l-punti fl-ewwel postijiet tal-klassifika, b’4 punti kull wieħed.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280