Tintemm b’rebħa minima ta’ 1-0 il-partita bejn ir-Russi u l-Portugiżi, logħba fejn ir-rebbieħa tat-tazza Ewropea, il-Portugall, iżommu l-pass sabiex javvanzaw mill-Grupp A billi jegħlbu lill-ospiti tat-turnew. Kien gowl ta’ Cristiano Ronaldo li ġab it-3 punti, biex b’hekk issa l-Portugall għandhom 4 punti u r-Russja jibqgħu bi 3 wara rebħa kontra New Zealand.

Mil-logħba l-oħra tal-grupp, Messiku għelbu lil New Zealand bl-iskor ta’ 2-1. Kienu New Zealand li fetħu l-iskor minn Wood, madankollu fit-tieni taqsima, il-Messiku bidlu l-logħba u l-plejers Jimenez u Peralta taw 3 punti lill-Messiku biex issa qegħdin jaqsmu l-ewwel post mal- Portugall b’4 punti kull wieħed imma l-Messiku għandhom differenza ta’ gowls aħjar.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280