Fl-aħħar partita minn Grupp C tal-kampjonati ta’ taħt il-21 sena li qed isiru ġewwa l-Polonja, l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus Patrik Schick kien protagonista b’gowl mill-isbaħ fis-27 minuta biex ġab l-iskor indaqs momentarjament.

Schick u ċ-Ċeki spiċċaw tilfu l-partita kontra d-Daniżi bl-iskor ta’ 4-2. Riżultat li jfisser li ċ-Ċeki spiċċaw fl-aħħar post ta’ Grupp C bit-total ta’ 3 punti.

Hawnhekk tista’ ssegwi l-gowl skurjat minn Patrik Schick:

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280