Mill-ewwel grupp, jgħaddu l-Portugall u l-Messiku. Il-Portugall rebħu bl-iskor ta’ 4-0 kontra New Zealand.

Il-gowls waslu minn penalty ta’ Cristiano Ronaldo, Bernardo Silva, Nani u mill-akkwist il-ġdid ta’ Milan, Andre Silva. Fil-logħba l-oħra, il-Messiku rebħu kontra r-Russja bl-iskor ta’ 2-1.

Ir-Russi fetħu l-iskor minn Samedov, madankollu l-Messiku rnexxielhom idawru l-iskor minn Araujo u Lozano. Biex b’hekk il-Messiku u l-Portugall ġabu 7 punti kull wieħed imma l-Portugall skurjaw iktar gowls.

Mit-tieni grupp jgħaddu bla problemi ta’ xejn iċ-Ċilì u l-Ġermanja. Il-Ġermanja rebħu bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Kamerun. Logħba faċli għall-Ġermaniżi hekk kif għall-Kamerun tkeċċa Mabouka.

Għall-Ġermanja skurja tnejn Werner u Demirbay filwaqt li għall-Kamerun skurja Aboubakar. Fit-tieni logħba, iċ-Ċilì ġew draw mal-Awstralja bl-iskor ta’ 1-1. Kien Troisi li fetaħ l-iskor għall-Awstralja imma Rodriguez ġab il-gowl tad-draw biex issa l-Ġermanja rebħu l-grupp b’7 punti u ċĊilì ġew it-tieni b’5 punti.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280