Figura uffiċjali tal-qligħ mill-bejgħ ta’ Paul Pogba għad m’hemmx hekk kif diversi ġurnalisti ħarġu b’figuri differenti. Inkunu nafu bl-eżatt fl-aħħar tas-sena finanzjarja.

Però l-kunsens ġenerali huwa dwar somma iżjed minn €70 miljun imma inqas minn €80 miljun.

Tal-biki. Dan ifisser li l-bejgħ ta’ Pogba lanqas ikopri x-xiri tal-Pipita b’mod sħiħ. Ifisser ukoll li jrid jitlaq plejer ieħor. Ifisser li nistgħu ninsew lil xi Kroos, Isco, James u l-bqija. Ġej medjan diċenti u daqshekk.

Agħar minn hekk ifisser li Juventus lesti jittrattaw il-ġojjelli tagħħom, lesti jagħtu l-iskontijiet u lesti fl-aħħar mill-aħħar iċedu. Ma ninsewx li t-talba oriġinali kienet dik ta’ €120 miljun u l-€25m għal Raiola kellhom iħallsuhom Manchester United. United kellhom jonfqu €145 miljun. Naqqsulhon €40 miljun. €40 miljun huwa l-valur ta’ Vidal. Ġeneralment min jixtri jħallas il-kummissjonijiet. Juventus ukoll ċedew fuq Morata u Cuadrado u Draxler is-sena l-oħra biex ġie Hernanes. Jekk ried jitlaq sew għamlu, imma mhux bi skont t’€40 miljun!

Bil-€25 miljun li Juventus taw lil Raiola setgħu jġibu lil Cuadrado.

Jekk Higuain ta’ 28 sena jiswa €90 miljun, taqta’ t-taxxa, Napoli ħa jaqilgħu bejn €60 u €70 miljun. Pogba ta’ 23 jiswa biss €105 miljun bi qligħ ta’ bejn €70 u €80 miljun?
Tifhmunix ħażin. Is-suq s’issa kien wieħed brillanti bħala xiri imma fjakk bħala bejgħ.

Juventus għamlu plusvalenza enormi imma l-plusvalenza ma tiskurjax gowls u ma tagħmilx assists. Il-plusvalenza tista’ taqilgħek miċ-Champions League: vide Coman.

Insomma, s’issa 8.5/10 bħala xiri imma 2/10 bħala bejgħ. 1 minnhom għax ħlisna minn Isla. Neħilsu minn Hernanes u jiġi 4/10 għallinqas. Nistennew ftit jien qabel naqtgħu l-kundanni. Anzi, nistennew sa Mejju. Ma ninsewx kemm iċċelebraw in-Naplitani u r-Romanisti sa Frar.

PS. Torbtux qalbkom ma’ Dybala. Probabbli bħal-lum sena nkun qed nikteb xi ħaga simili fuqu.

dical-banner-1200×280