Staġun 2011-12: Juventus jidħlu għal dan l-istaġun b’ħafna tibdiliet. Wara il-mixjiet diżastrużi taż-żewg staġuni ta’ qabel dan, it-tmexxija tat-tim taqa’ f’idejn l-eks-player u eks-captain Juventin Antonio Conte. Il-fatt li fl-istaġun ta’ qabel, Juventus kienu spiċċaw fis-seba’ post fil-klassifika jfisser ukoll li għal dan l-istaġun, il-Bianconeri mhux sejrin jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej. It-tim inbidel ferm, u fost oħrajn qegħdin jilbsu l-flokk Juventin għall-ewwel darba, plejers bħal Pirlo, Vucinic, Lichtsteiner u Vidal.

Ċertament waħda mill-affarijiet ġodda għal dan l-istaġun kien il-fatt li Juventus kienu bdew jużaw l-istadium il-ġdid tal-klabb, stadium ferm modern u ferm differenti milli kienu d-Delle Alpi u l-istadio Olimpico (ex-Comunale) ta’ Turin.

Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat tas-Serie A, jaslu fil-Juventus Stadium Milan ta’ Massimiliano Allegri. Milan kienu l-ewwel mit-timijiet il-kbar Taljani li kienu sejrin jilagħbu kontra Juventus fl-istadium il-ġdid.

Insegwu l-andament ta’ din il-logħba ta’ bħal-lum ħames snin ilu. Logħba li ċertament kienet ta’ importanza kbira u r-riżultat finali ta kuraġġ kbir lit-tim biex ikollu staġun ferm differenti mit-tnejn ta’ qabel.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280