Staġun 1976-77: Hemm żewġ affarijiet li ċertament nistgħu nsemmu rigward din il-logħba kontra Lazio ta’ bħal lum erbgħin sena ilu.

L-ewwel fatt huwa li din il-logħba, li kienet l-ewwel logħba tal-kampjonat, kienet intlagħbet fit-3 ta’ Ottubru. Huwa daqxejn insolitu li fiż-żminijiet tal-lum nifhmu li l-kampjonat f’dawk is-snin kien jibda tant tard fis-sena. Aħna llum imdorrijin naraw il-kampjonati madwar l-Ewropa jibdew lejn nofs ix-xahar ta’ Awwissu. Ċertament kienu żminijiet ferm differenti.

It-tieni punt rigward din il-logħba huwa l-fatt li għall-ewwel darba fil-kampjonat tas-Serie A, Giovanni Trapattoni kien qiegħed jieħu postu bħala kowċ ta’ Juventus. Trapattoni kien ilu biss ħames snin li kien waqaf mill-karriera tiegħu ta’ plejer (l-aħħar stagun tiegħu bħala plejer kien l-istaġun 1971-72 fejn kien lagħab mat-tim ta’ Cavese). Minn dak iż-żmien huwa kien assistent kowċ ma’ Milan fl-istaġun 1974-75 u fl-istaġun ta’ wara (1975-76) huwa kien inħatar bħala kowċ tal-istess Milan, it-tim li miegħu kien lagħab bħala plejer għal erbatax-il sena. Din il-logħba kellha tkun il-bidu ta’ karriera twila u mimlija suċċessi għal Trapattoni fit-tmexxija tal-Bianconeri.

Insegwu l-andament ta’ din il-logħba meħud minn filmat tad-Domenica Sportiva.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280