Staġun 1981-82: Juventus jaffrontaw lil Celtic Glasgow fl-ewwel rawnd tat-Tazza taċ-Champions. Fl-ewwel logħba li kienet saret fl-Iskozja, Celtic kienu rebħu 1-0 grazzi għall-gowl ta’ Mc Leod.

Ta’ min isemmi li it-tim Juventin ta’ dan l-istaġun kien il-pedament ta’ dak li kellu jkun tim Juventin li kellu jirbaħ unuri għal numru ta’ snin. Ta’ min isemmi li flimkien ma’ plejers bħal Zoff, Scirea, Cabrini, Gentile, Brio, Bettega u Tardelli, f’dan it-tim kien hemm plejers forsi inqas magħrufa ma’ ħafna partitarji Juventini, plejers bħal Domenico Marocchino, Pietro Paolo Virdis u l-Irlandiż, Liam Brady.

Insegwu dan il-filmat bil-gowls tal-logħba kontra Celtic li ntlagħbet fil-Comunale ta’ Turin bħal-lum ħamsa u tletin sena ilu.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280