Nimmaġina li ħafna minnkom ma tantx qegħdin burdata tajba.
Min jaf kemm kellkom ġurnata kerha x-xoghol jew l-iskola?
Min jaf kemm żdidilkom l-ammont ta’ ‘ħbieb’ illum, eh?

Min jaf kemm kien hawn minnkom li ppuntaw subgħajhom lejn Allegri minħabba s-sostituzzjonijiet, speċjalment dik ta’ Morata?

L-opinjoni tiegħi hi li wara l-logħba kulħadd bravu u jista’ jikkritika skont ir-riżultat li jkun ġie. Ma nimmaġinax li hawn xi kowċ miġnun jagħmel sostituzzjoni biex idgħajjef lit-tim tiegħu.

L-ewwel darba li Allegri għamel sostituzzjoni u lil min daħħal skurja u għamilnieh Alla tagħna (eżempju Morata li ta l-assist u Sturaro li ġab id-draw fl-ewwel leg)? Issa li kieku skurja Mandžukić, min jaf x’kontu tgħidu?

Jien nemmen ftit fil-fortuna u għal persuna bħali, li tul ħajtu ra lil Juventus jitilfu 5 finali taċ-Champions Cup/League, tkompli tikber il-konvinzjoni li f’din it-tazza l-fortuna ma tantx tgħinna.

Ftit matematika. L-aħħar li ħadna ċ-Champions League kien fl-1996, 20 sena ilu. Jiġifieri daqs sentejn u nofs oħra, ħa nkunu ilna nofs iż-żmien li stennew l-Inter biex ħadu ċ-Champions League.

Taqtgħux qalbkom.

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.