Juventus, taħt it-tmexxija ta’ Fabio Grosso, komplew juru s-saħħa u l-kwalità tat-tim meta l-Erbgħa filgħaxija għelbu lil Torino u avvanzaw għall-finali tal-Final Eight Primavera. Din hi l-ewwel finali tal-kampjonat f’għaxar snin għal Juventus.

Gowl tal-attakkant Taljan Nicolò Pozzebon fis-26 minuta kien biżżejjed biex Juventus aċċertaw ruħhom mill-passaġġ għall-finali. Hu approfitta minn clearance ħażina fuq kross ta’ Lirola u għeleb lill-goalkeeper ta’ Torino, Zaccagno.

Fit-tieni taqsima Torino bdew jippressaw dejjem iżjed biex jipprovaw isibu l-gowl tad-drò, madankollu ma rnexxilhomx jinfdu lid-difiża Juventina. Lejn l-aħħar tal-partita Juventus kellhom jirreżistu assedju, tant li l-plejers kienu kostretti jagħtu numru ta’ korners u freekicks lill-avversarji.

Juventus issa jiltaqgħu kontra Roma fil-finali li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej.