Juventus eżerċitaw id-dritt li kellhom biex jakkwistaw b’mod permanenti lill-midfielder Joss Didiba Moudoumbou.

Kien fi Frar li għadda li Juventus u Perugia laħqu ftehim għas-self tal-plejer ta’ 19-il sena. Fil-ftehim, Juventus assiguraw ukoll l-għażla li jakkwistaw lil Didiba b’mod permanenti fil-futur.

Issa Juventus ħadu dik l-għażla biex b’hekk Didiba sar għal kollox plejer tagħhom. Madankollu, hu mhux mistenni jdum wisq f’Turin, hekk kif Crystal Palace u Watford huma tnejn mill-klabbs interessati fih.

Sors: Corriere dell’Umbria