Juventus is-Sibt rebħu u ddominaw lil Pescara bi skor ta’ 3-0 fil-Kampjonat Primavera fejn jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika meta jonqos logħba waħda biex jintemm l-ewwel rawnd.

Kien Coccola li fetaħ l-iskor fl-24 minuta b’daqqa ta’ ras wara assist minn Clemenza.

Żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, Moise Kean irdoppja b’assist mill-ġdid ta’ Clemenza, u fl-14-il minuta tat-tieni taqsima Clemenza skurja minn assist ta’ Kean.

Din kienet id-9 rebħa minn 12-il logħba fejn Juventus skurjaw 24 gowl u qalgħu 9.

Sors: Tutto Juve

dical-banner-1200×280