Grupp 1 qiegħed juri li huwa bilanċjat iżjed minn kemm kienu l-aspettattivi, għaliex fiż-żewġ partiti tal-bieraħ, Juventus ġew miżmuma mid-debuttanti ta’ Toronto FC filwaqt li Maceratese għelbu lil Dukla Praga.

Juventus żblokkaw ir-riżultat kmieni, meta Andi Zeqiri skurja wara sitt minuti u minn hemm, Juventus ipprovaw jiddominaw il-partita.

Madankollu, il-Kanadiżi dejjem baqgħu fil-logħba u anke kellhom xi okkażjonijiet importanti qabel ma’ Dada-Luke ġab id-draw lejn nofs it-tieni taqsima.

Gowl li ħasad lit-tim Taljan li ma rnexxilux jwettaq reazzjoni sabiex jikseb it-tliet punti minn dan il-konfront.

L-ewwel ħdax ta’ Juventus: Marricchi; Coccolo (c), Kanouté, Bove, Zeqiri, Mosti, Toutre, Léris, Merio, Semprini, Andersson.

Juventus jagħlqu l-impenji tagħhom fil-fażi tal-gruppi nhar is-Sibt li ġej kontra Maceratese fit-15:00 u b’rebħa, Juventus jgħaddu bħala rebbieħa tal-grupp filwaqt li jekk ma jirbħux, jittamaw li jgħaddu bħala wieħed mill-aħjar tliet timijiet li ġew fit-tieni post.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280