Waqt li nirringrazzjaw lil kull min diġà pparteċipa fil-kompetizzjoni li għandha flokk ta’ Claudio Marchisio ffirmat bħala rigal, infakkru li d-data tat-tlugħ ta’ flokk ta’ Claudio Marchisio ffirmat u li jifforma parti minn edizzjoni limitata issa hija s-Sibt 11 ta’ Novembru waqt il-pasta night li ser tiġi organizzata fil-klabb.

Il-biljetti biex wieħed jakkwista dan il-flokk jistgħu jinkisbu mill-klabb waqt il-logħba li jmiss mill-kampjonat, kontra Benevento.

Dan il-flokk għadda għand il-klabb bħala għotja mill-President Onorarju Omar Busuttil, li għadu jassisti lill-Kumitat minkejja li m’għadux President tal-klabb.

Iktar dettalji dwar il-pasta night billi tagħfas hawn.