M’hemmx bżonn ta’ ebda introduzzjoni. M’hemmx bżonn tal-ebda tifħir żejjed. M’hemmx għalfejn insemmu dak kollu li erbaħt fil-karriera tiegħek. Biss niftakru fik u nsellmulek kif xieraq.
It-talent tiegħek kien kbir, kien pur u kien ta’ klassi liema bħalha. L-istil tiegħek u l-karattru riżervat għall-aħħar kif kienu jafuk l-aktar qrib tiegħek. Int kont daqshekk uniku, persuna eżemplari u korretta f’dak kollu li tagħmel u bniedem ta’ rispett.
Saħansitra fil-logħba tal-ballun li tant kellek imħabba għalija, inti qatt ma tkeċċejt, biss dak kont int u int biss. Għalhekk kont daqshekk kbir għal ħafna u għalhekk nibku dak li kien ġara dakinhar, f’dik il-ġurnata sewda.
Magħruf ma’ kulħadd bħala l-ġentlom, edukat, ħaddiem serju, għalliem tajjeb ħafna u bniedem ta’ rispett kbir lejn kulħadd. Dan kollu kien ukoll parti mir-rebħiet li għamilt fil-ħajja tiegħek.
Fi ftit kliem kellek it-tajjeb kollu, kemm fil-logħba tal-ballun u kemm fil-ħajja privata tiegħek, biss dejjem saqajk ma l-art u qatt ma ħassejtek aktar ‘il fuq u aktar kbir minn ħaddieħor, avolja kellek biex.
Illum, tletin sena wara, tletin sena min-nuqqas tiegħek u għadna kuljum infittxu li jkun hawn plejer ieħor bħalek. Mhux għal dak kollu li erbaħt fil-logħba tal-ballun, imma għall-istil kif għamilt dan kollu.
Insellmulek Gaetano u nibqgħu niftakruk dejjem bħala l-Capitano Juventin ta’ dejjem. Strieħ fis-sliem.