Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jixtieq iħabbar li laħaq ftehim ma’ Mark’s Toy Shop biex il-membri attivi jgawdu minn skont ta’ 10%.

Mark’s Toy Shop jinsab il-Ħamrun, preċiżament fi Triq il-Knisja San Ġużepp, qrib il-Knisja ta’ San Gejtanu, u joffri mhux biss ġugarelli imma wkoll selezzjoni vasta ta’ aċċessorji u oġġetti relatati ma’ passatempi differenti, crafts u mudelli.

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-membri attivi li jonfqu iżjed minn €20 jistgħu jippreżentaw it-tessera tas-sħubija li tkun attiva u jitnaqqsilhom 10% mill-prezz totali.

Dan l-iskont isegwi ieħor, ta’ 10%, li tħabbar iktar kmieni dan ix-xahar mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport u jibni fuq l-inizjattiva tal-Kumitat li s-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.

Dan hu l-ewwel pass minn inizjattiva tal-Kumitat li jsaħħaħ kemm jista’ jkun is-sħubija tiegħu billi joffri ritorn dejjem ikbar lill-membri tiegħu. Barra minn dan, issa s-sħubija m’għadiex valida sa tmiem l-istaġun imma sa sena wara li ssir.

Kumpaniji oħa li jixtiequ joffru skont lill-membri tal-klabb jistgħu jikkuntattjawna fuq marketing@juventusmalta.com