Il-Kumitat u l-kumpanija Black Box Pro laħqu ftehim biex il-membri tal-klabb jirċievu skont ta’ 10% fuq prodotti u servizzi offruti minn din il-kumpanija.

Black Box Pro joffru apparat ta’ awdjo u viżwal minbarra servizzi relatati mal-istess apparat, inkluż l-istallazzjoni u t-tiswija tagħhom. Huma jinsabu fi Triq il-Wied, Ħal Balzan.

Għalhekk il-membri tal-klabb mitluba jippreżentaw it-tessera tas-sħubija biex jingħataw dan l-iskont.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun u minn be.Hotel u Fornelli Restaurant biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.