L-isforz tal-Kumitat biex tissaħħaħ is-sħubija mal-klabb sarrfet fi skont ieħor għall-membri, din id-darba ta’ 5% mingħand Ambassador Service Station.

Ambassador Service Station tinsab fi Triq il-Wied tal-Imsida, fl-Imsida, u wieħed jista’ jibbenefika minn diversi servizzi fosthom mill-pompi tal-petrol u d-diesel imma wkoll servizzi ta’ kura għall-karozza, aċċessorji, hand carwash, servizzi relatati mat-tires u servizz ta’ mechanic.

Dan l-iskont ma japplikax f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għoti ta’ fjuwil.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.