Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar ftehim ieħor b’risq il-membri tal-klabb li issa jistgħu jgawdu minn skont ta’ 10% fuq gadgets li jixtru minn Football Point, ta’ Raħal Ġdid.

Football Point jinsab fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal ġdid, u fost l-oħrajn jinkludi wkoll sezzjoni ddedikata lil Juventus. Il-membri tal-klabb igawdu minn dan l-iskont meta jippreżentaw tessera valida tal-klabb.

Il-Kumitat jirringrazzja lil Jurgen Bonnici tal-offerta tiegħu għall-membri tal-klabb.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service Station biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.