Membri tal-klabb li jmorru jieklu għand Il Carciofo Restaurant, li jinsab qrib il-knisja ta’ Ħal Għargħur, issa jistgħu jgawdu minn skont ta’ 15% meta jippreżentaw it-tessera valida tal-klabb.

Dan l-iskont japplika għall-membri attivi tal-klabb wara ftehim li ntlaħaq bejn it-tmexxija ta’ dan ir-ristorant u l-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

Il Carciofo joffri wkoll servizz ta’ take away ta’ pizza differenti, li wieħed jista’ jibbukkja fuq 2141 8485.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service Station biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.