Il-Kumitat għadu kif laħaq ftehim ma’ kumpanija oħra bl-iskop li l-membri jingħataw skont meta jużaw is-servizzi tagħha.

Din hi Global Safety Malta, kumpanija li toffri servizzi u prodotti relatati ma’ protezzjoni kontra n-nar u sigurtà f’inċidenti oħra bl-iskop li l-klijenti, il-proprjetajiet u l-assi tagħhom ikunu protetti.

Fost il-prodotti offruti hemm kameras tas-sigurtà, sistemi kontra s-serq kif ukoll tabelli u sinjali relatati. Il-membri għandhom jippreżentaw it-tessera tal-klabb meta jixtru l-prodotti jew is-servizzi ta’ din il-kumpanija.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun, mingħand Football Point, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service Station biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.