Imwaqqfa fl-2001, ESS Electrical Supplies and Services Limited illum il-ġurnata saret il-kumpanija ewlenija li toffri kemm prodotti kif ukoll servizzi tal-aqwa kwalità relatati mal-elettriku.

Minn mindu twaqqaf il-klabb, ESS kienet il-kumpanija ta’ fiduċja tagħna li dejjem offritilna l-aqwa u li grazzi għalihom bnejna mix-xejn sistema mill-aqwa tad-dawl, issa bi pjaċir inħabbru li l-kumpanija se toffri wkoll skont ta’ 10%.

Membri tal-klabb li jużaw is-servizzi ta’ ESS ta’ Triq San Ġwakkin, l-Imrieħel, għandhom jippreżentaw it-tessera valida tas-sħubija mal-klabb biex jiggwadanjaw minn dan l-iskont.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrunmingħand Football Point, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service Station, Antonio’s Barber Shop u Global Safety Malta biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.