Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li laħaq ftehim ieħor, din id-darba ma’ SHN Solutions, għal skont ta’ 10% lill-membri.

SHN Solutions joffru tiswija fuq kull tip ta’ kompjuters u laptops, bl-iskont japplika fuq servizzi ta’ tiswija. Min għandu bżonn dan is-servizz, għandu jippreżenta t-tessera valida tas-sħubija u jirreferi għal dan il-ftehim biex jieħu l-iskont.

Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrunmingħand Football Point, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service StationAntonio’s Barber Shop, Electrical Supplies and Services Limited u Global Safety Malta biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.