Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero pi pjaċir iħabbar li Antonio’s Barber Shop issieħeb fi skema tal-klabb biex il-membri jingħataw skont meta jippreżentaw it-tessera tas-sħubija tagħhom.
Is-servizz u kwalità ta’ Antonio’s Barber Shop wassal biex fi żmien qasir dan il-ħanut sar wieħed ewlieni f’pajjiżna u minn Ħal Balzan fetaħ ukoll stabbiliment f’Tas-Sliema.
Membri tal-klabb li jagħmlu użu mis-servizzi offruti minn Antonio’s Barber Shop issa jistgħu juru t-tessera tal-klabb biex jieħdu skont ta’ 10%.
Dan l-iskont isegwi oħrajn ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant u 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun, mingħand Football Point, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service Station u Global Safety Malta biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.