Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar ftehim ġdid ma’ Stylish Bathrooms, li jinsabu fil-Kumpless Edge Water, Triq Elia Zammit, San Ġiljan.

B’dan il-ftehim, il-Kumitat iggarantixxa skont ta’ 10% għall-membri li jixtru prodotti ta’ din il-kumpanija ewlenija f’dan is-settur f’pajjiżna, bi storja ta’ kwalità u reputazzjoni mill-aqwa.

Biex wieħed igawdi minn dan l-iskont għandu jkun membru attiv tal-klabb u jippreżenta t-tessera tas-sħubija. L-offerta ma tapplikax ma’ offerti oħra.

Minbarra dan l-iskont, il-membri jgawdu wkoll minn skontijiet ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrunmingħand Football Point, minn be.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service StationAntonio’s Barber ShopElectrical Supplies and Services Limited, SHN Solutions u Global Safety Malta biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.